13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/7
_Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – ADM Hamburg AG vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-294/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Kodiċi Doganali Komunitarju - Preferenzi tariffarji - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 74(1) - Prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju - Trasport - Kunsinni komposti minn taħlita ta’ żejt taż-żerriegħa tal-palm mhux raffinat li joriġina minn diversi pajjiżi li jibbenefikaw mill-istess tariffa preferenzjali))
(2016/C 211/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ADM Hamburg AG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Dispożittiv
L-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2010, tat-18 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ikunu ġew ippreżentati ċertifikati ta’ oriġini validi, l-oriġini preferenzjali, fis-sens tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 732/2008, ta’ kunsinni ta’ żejt taż-żerriegħa tal-palm mhux raffinat, tista’ tiġi rikonoxxuta anki meta din il-merkanzija tkun tħalltet fit-tank ta’ bastiment matul it-trasport tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea, f’ċirkustanzi fejn jista’ jiġi eskluż li prodotti oħra, b’mod partikolari prodotti li ma jibbenefikaw minn ebda skema preferenzjali, ikunu ġew miżjuda f’dan it-tank.
(1) ĠU C 315, 15.09.2014
Full & Egal Universal Law Academy