24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-303/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 842/2006 - Taħriġ u ċertifikazzjoni - Obbligu ta’ notifika - Sanzjonijiet - Regolamenti (KE) Nru 303/2008, (KE) Nru 304/2008, (KE) Nru 305/2008, (KE) Nru 306/2008, (KE) Nru 307/2008 u (KE) Nru 308/2008))
(2015/C 279/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni Ewropea la l-informazzjoni meħtieġa dwar l-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-impriżi kif ukoll it-titoli taċ-ċertifikati mogħtija lill-persunal u lill-impriżi li jipparteċipaw fl-attivitajiet marbuta ma’ ċerti gassijiet serra fluworinati u lanqas il-miżuri nazzjonali relatati mas-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar ċerti gassijiet serra flworinati, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(2) u 13(2) ta’ dan ir-regolament, taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond Regolament Nru 842/2006, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati, taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati, taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (“switchgear”) b’vultaġġ għoli, taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir, taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur, kif ukoll taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy