14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London – ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs CS
(Kawża C-304/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 20 TFUE - Ċittadin ta’ Stat terz li għandu l-kustodja ta’ wild ta’ età żgħira, ċittadin tal-Unjoni - Dritt ta’ residenza fl-Istat Membru li tiegħu l-wild huwa ċittadin - Kundanni kriminali tal-ġenitur tal-wild - Deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-ġenitur li għandha bħala konsegwenza t-tkeċċija indiretta tal-wild ikkonċernat))
(2016/C 419/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for the Home Department
Konvenut: CS
Dispożittiv
L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jimponi t-tkeċċija mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, għal Stat ieħor, ta’ ċittadin ta’ tali Stat li ġie suġġett għal kundanna kriminali, filwaqt li dan għandu l-kustodja effettiva ta’ wild ta’ età żgħira, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, li huwa jirrisjedi fih sa minn twelidu mingħajr ma eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, meta t-tkeċċija tal-persuna kkonċernata timponi fuq dan il-wild it-tluq mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, b’hekk iċċaħħdu mit-tgawdija ġenwina tas-sustanza tad-drittijiet tiegħu bħala ċittadin tal-Unjoni. Madankollu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista’ jadotta miżura ta’ tkeċċija sakemm din tkun ibbażata fuq l-aġir personali ta’ dan iċ-ċittadin ta’ Stat terz, li għandu jikkostitwixxi theddida ġenwina, attwali u gravi biżżejjed li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, u li tistrieħ fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi differenti inkwistjoni, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU 315, 15.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy