7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs Biovet AD
(Kawża C-306/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/83/KEE - Armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Artikolu 27(1)(d) - Eżenzjoni tas-sisa armonizzata - Alkoħol etiliku - Użu għat-tindif u għad-diżinfezzjoni ta’ materjal u ta’ faċilitajiet li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali))
(2015/C 406/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”
Konvenuta: Biovet AD
Dispożittiv
L-Artikolu 27(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/83KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ eżenzjoni previst f’din id-dispożizzjoni japplika għal alkoħol etiliku użat minn impriża sabiex tnaddaf jew tiddiżinfetta l-materjal u l-faċilitajiet li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali.
(1) ĠU C 303, 08.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy