26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – L-Italja) – Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia e delle Finanze
(Kawża C-309/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul - Direttiva 2003/109/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Ħruġ u tiġdid tal-permess ta’ residenza - Kundizzjoni - Kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja - Ammont tmien darbiet ogħla minn dak għall-kisba tal-karta ta’ identità nazzjonali - Ksur tal-prinċipji tad-Direttiva 2003/19/KE))
(2015/C 354/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA)
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Interno, Ministero dell'Economia e delle Finanze
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2011, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, li japplikaw għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni li l-ammont tagħha jvarja bejn EUR 80 u EUR 200, sa fejn din il-kontribuzzjoni hija sproporzjonata fir-rigward tal-għan segwit minn din id-direttiva u tista’ toħloq ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minnha.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy