7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottibru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hovioikeus – Il-Finlandja – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ
(Kawża C-310/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 13 - Proċedura ta’ insolvenza - Atti li jikkawżaw preġudizzju - Kawża għall-ħlas lura tal-pagamenti mwettqa qabel id-data ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza - Liġi tal-Istat Membru ta’ ftuh tal-proċedura ta’ insolvenza - Liġi ta’ Stat Membru ieħor li tirregola l-att inkwistjoni - Liġi li ma tippermettix “xi meżżi biex jiġi disputat dak l-att fil-każ relevanti” - Oneru tal-prova))
(2015/C 406/10)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin hovioikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nike European Operations Netherlands BV
Konvenuti: Sportland Oy, fi stralċ
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-att inkwistjoni ma jistax jiġi kkontestat abbażi tal-lex causae, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ.
2)
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 u fl-ipoteżi fejn il-konvenut f’azzjoni għal nullità, għal annullament jew għal nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ att iqajjem dispożizzjoni tal-liġi applikabbli għal dan l-att (lex causae) li tgħid li dan l-att jista’ jiġi kkontestat biss fiċ-ċirkustanzi previsti minn din id-dispożizzjoni, huwa dan il-konvenut li għandu jinvoka l-assenza ta’ dawn iċ-ċirkustanzi u li għandu jipproduċi l-prova ta’ dan.
3)
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “ma tippermettix xi meżżi biex [ma tippermetti bl-ebda mod li] jiġi disputat dak l-att” huwa intiż, minbarra għad dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli għal dan l-att (lex causae) applikabbli fil-qasam tal-insolvenza, għad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali kollha ta’ din il-liġi.
4)
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut f’azzjoni għal nullità, għal annullament jew għal nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ att għandu juri li l-liġi applikabbli għal dan l-att (lex causae), kollha kemm hi, ma tippermettix li l-imsemmi att jiġi kkontestat. Il-qorti nazzjonali adita b’azzjoni bħal din tista’ tqis li hija l-parti li tressaq l-azzjoni li għandha tipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ dispożizzjoni jew ta’ prinċipju tal-imsemmija liġi li skonthom l-imsemmi att jista’ jiġi kkontestat biss meta din il-qorti tqis li l-konvenut, prima facie, stabbilixxa b’mod effettiv, fir-rigward tar-regoli normalment applikabbli skont id-dritt proċedurali nazzjonali, li l-att ikkonċernat, bis-saħħa tal-istess liġi, ma jistax jiġi kkontestat.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy