13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Marchon Germany GmbH vs Yvonne Karaszkiewicz
(Kawża C-315/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17(2) - Indennizz tal-klijentela - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dħul ta’ klijenti ġodda - Kunċett ta’ “klijenti ġodda” - Klijenti tal-prinċipal li jixtru għall-ewwel darba l-merkanzija li t-tmexxija tagħha ġiet fdata lill-aġenti kummerċjali))
(2016/C 211/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marchon Germany GmbH
Konvenut: Yvonne Karaszkiewicz
Dispożittiv
L-ewwel inċiż Artikolu 17(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klijenti introdotti mill-aġent kummerċjali għall merkanzija li huwa jkun inkarigat li jbigħ mill-prinċipal, għandhom jitqiesu li huma klijenti ġodda, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, u dan, anki jekk dawn il-klijenti jkollhom diġà relazzjonijiet kummerċjali ma’ dan il-prinċipal fuq merkanzija oħra, meta l-bejgħ, minn dan l-aġent, tal-ewwel imsemmija merkanzija jkun jirrikjeda l-istabbiliment ta’ relazzjoni kummerċjali speċifika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 329, 22.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy