21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – B&S Global Transit Center BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-319/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolamemt (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 203 u 204 - Proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikoli 365, 366 u 859 - Tnissil tad-dejn doganali - Tneħħija jew le mis-sorveljanza doganali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu - Ommissjoni li titwaqqaf il-proċedura ta’ tranżitu - Ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea))
(2015/C 429/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B&S Global Transit Center BV
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
L-Artikoli 203 u 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li nuqqas li jitwettaq l-obbligu li merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jagħti lok għal dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, fil-każ li l-merkanzija kkonċernata tkun inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u fil-każ li d-detentur tal-imsemmija proċedura ma jkunx f’pożizzjoni li jipproduċi dokumenti konformi mal-Artikolu 365(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001, jew mal-Artikolu 366(2) u (3) tar-Regolament Nru 2454/93, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008, tas-17 ta’ Novembru 2008.
(1) ĠU C 315, 15.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy