26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Colena AG vs Karnevalservice Bastian GmbH
(Kawża C-321/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti kożmetiċi - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Kamp ta’ applikazzjoni - Lentijiet tal-kuntatt tal-kulur b’disinni u mingħajr korrezzjoni tal-vista - Indikazzjoni fuq l-imballaġġ li tiddeskrivi l-prodott inkwistjoni bħala prodott kożmetiku - Protezzjoni tal-konsumaturi))
(2015/C 354/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Krefeld
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Colena AG
Konvenuta: Karnevalservice Bastian GmbH
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li lentijiet tal-kuntatt tal-kulur b’disinni u mingħajr korrezzjoni tal-vista ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, minkejja l-fatt li l-imballaġġ tagħhom jinkludi l-indikazzjoni “aċċessorju kożmetiku għall-għajnejn suġġett għad-direttiva dwar il-prodotti kożmetiċi”.
(1) ĠU C 315, 15.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy