20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Jaouad El Majdoub vs CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH
(Kawża C-322/14) (1)
((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 23 - Klawżola ta’ ġurisdizzjoni - Rekwiżiti proċedurali - Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwemija tal-klawżola - Kunċett - Kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jistgħu jiġu kkonsultati u pprintjati permezz ta’ link li jippermetti li jidhru f’tieqa ġdida - Teknika tal-aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk”))
(2015/C 236/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Krefeld
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jaouad El Majdoub
Konvenuta: CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-teknika ta’ aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk” tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt ta’ bejgħ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, li jinkludu klawżola ta’ ġurisdizzjoni, tikkostitwixxi trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwemija ta’ din il-klawżola, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din it-teknika tagħmel possibbli l-ipprintjar u l-issejvjar tat-test tagħhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.
(1) ĠU C 315, 15.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy