18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – SBS Belgium NV vs Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers (SABAM)
(Kawża C-325/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva Nru 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Kunċetti ta’ “komunikazzjoni” u ta’ “pubbliku” - Distribuzzjoni ta’ programmi tat-televiżjoni - Teknika magħrufa bħala “injezzjoni diretta”))
(2016/C 016/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SBS Belgium NV
Konvenuta: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers (SABAM)
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva Nru 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li organizzazzjoni tax-xandir ma twettaqx att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta tittrażmetti s-sinjali tagħha li jikkontjenu programmi esklużivament lid-distributuri tas-sinjali, mingħajr ma dawn is-sinjali jkunu aċċessibbli lill-pubbliku matul u fil-ħin ta’ din it-trażmissjoni, imbagħad dawn id-distributuri jibagħtu l-imsemmija sinjali lill-abbonati rispettivi tagħhom bil-għan li dawn ikunu jistgħu jaraw dawn il-programmi, kemm-il darba l-intervent tad-distributuri inkwistjoni jikkostitwixxi sempliċi mezz tekniku, li hija għall-qorti tar-rinviju biex tivverifika dan.
(1) ĠU C 315, 15.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy