22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Gergely Szemerey vs Miniszterelnökséget vezető miniszter, aventi kawża tal-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-330/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali - Pagamenti agroambjentali - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Artikoli 23 u 58 - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (KE) Nru 1975/2006 - Għajnuna għall-koltivazzjoni ta’ speċi ta’ pjanta rari - Applikazzjoni għal pagament - Kontenut - Rekwiżit ta’ ċertifikat - Sanzjonijiet f’nuqqas ta’ tressiq)
(2016/C 068/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gergely Szemerey
Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter, aventi kawża tal-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009, tal-25 ta’ Mejju 2009, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, kif emendat Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009, tad-9 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi li applikant għall-għajnuna agroambjentali jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti kontemporanjament mal-applikazzjoni għall-għajnuna, ċertifikat dwar l-ispeċi ta’ pjanta rari li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna, sakemm din il-leġiżlazzjoni kienet tippermetti lill-operaturi kkonċernati li jikkonformaw ruħhom fil-kundizzjonijiet raġonevoli mar-rekwiżiti ta’ din tal-aħħar, li huwa dak li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju.
2)
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-applikant ta’ għajnuna agroambjentali li jonqos milli jehmeż mal-applikazzjoni tiegħu, dokument bħalma huwa ċ-ċertifikat inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li tali nuqqas iwassal, bħala prinċipju, għall-inammissibbiltà tal-applikazzjoni għal pagament tal-għajnuna agroambjentali.
(1) ĠU C 303, 08.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy