7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – Petar Kezić s.p. Trgovina Prizma vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-331/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 2(1), u 4(1) - Issuġġettar għat-taxxa - Tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli - Bejgħ ta’ artijiet assenjati lill-assi privati ta’ persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ imprenditur indipendenti - Persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali))
(2015/C 294/17)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Petar Kezić s.p. Trgovina Prizma
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Dispożittiv
L-Artikoli 2(1) u 4(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn persuna taxxabbli tkun akkwistat biċċiet ta’ art, li wħud minnhom ġew assenjati lill-assi privati tagħha u oħrajn lill-assi tal-impriża tagħha, u li fuqhom kollha hija bniet, bħala persuna taxxabbli, ċentru kummerċjali li mbagħad biegħet, flimkien mal-biċċiet ta’ art li fuqhom ittellgħet din il-kostruzzjoni, il-bejgħ tal-biċċiet ta’ art li kienu assenjati lill-assi privati ta’ din il-persuna taxxabbli għandu jkun suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud, peress li l-imsemmija persuna taxxabbli, fiż-żmien ta’ din it-tranżazzjoni, aġixxiet bħala tali.
(1) ĠU C 303, 08.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy