14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Les Jardins de Jouvence SCRL vs État belge
(Kawża C-335/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13(A)(1)(g) - Eżenzjoni tas-servizzi marbuta mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali minn organi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn organi oħra rrikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi u ta’ kunsinna ta’ oġġetti marbuta strettament mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali” - Organi rrikonoxxuti li għandhom natura soċjali - Residenza li toffri servizzi))
(2016/C 098/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Les Jardins de Jouvence SCRL
Konvenut: État belge
fil-preżenza ta’: AXA Belgium SA
Dispożittiv
L-Artikolu 13(A)(1)(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fost is-servizzi pprovduti minn residenza li toffri servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li n-natura soċjali tagħha għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju fid-dawl, b’mod partikolari, tal-elementi msemmija f’din is-sentenza, dawk li jikkonsistu fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni adattata għal persuni anzjani jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni. Is-servizzi l-oħrajn ipprovduti minn din ir-residenza li toffri servizzi jistgħu wkoll jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni, sakemm, b’mod partikolari, is-servizzi li għandhom joffru r-residenzi li joffru servizzi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, huma intiżi li jiżguraw appoġġ għall-persuni anzjani kif ukoll il-kura tagħhom, u jikkorrispondu ma’ dawk li għandhom joffru wkoll id-djar għall-anzjani, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.
Ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk l-operatur ta’ residenza li toffri servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tibbenefikax jew le minn sussidji jew minn kwalunkwe forma oħra ta’ benefiċċju jew ta’ parteċipazzjoni finanzjarja min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy