1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – il-Belġju) – Quenon K. SPRL vs Beobank SA, li qabel kien Citibank Belgium SA, Metlife Insurance SA, li qabel kien Citilife SA
(Kawża C-338/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17(2) - Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal - Indennizz tal-aġent - Projbizzjoni mill-kumulu ta’ sistemi tal-indennizz tal-klijentela u tal-kumpens għad-danni - Dritt tal-aġent għal danni addizzjonali għall-indennizz tal-klijentela - Kundizzjonijiet))
(2016/C 038/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Quenon K. SPRL
Konvenuti: Beobank SA, li qabel kien Citibank Belgium SA, Metlife Insurance SA, li qabel kien Citilife SA
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 17(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-aġent kummerċjali għandu d-dritt, meta jintemm il-kuntratt ta’ aġenzija, kemm għal indennizz tal-klijentela limitat għal mhux iktar minn sena tar-remunerazzjoni tiegħu u, jekk dan l-indennizz ma jkoprix id-dannu kollu realment imġarrab, għall-għoti ta’ danni komplementari, sa fejn leġiżlazzjoni bħal din ma tagħtix lok għal indennizz doppju tal-aġent għat-telf tal-kummissjonijiet wara t-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt.
2)
L-Artikolu 17(2)(ċ) tad-Direttiva 86/653/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġettax l-għoti tad-danni għat-turija tal-eżistenza ta’ tort imputabbli lill-prinċipal li jkollu rabta kawżali mad-dannu allegat iżda li jirrikjedi li d-dannu allegat ikun distint minn dak ikkumpensat permezz tal-indennizz tal-klijentela.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy