9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-344/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi użati għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra - Klassifikazzjoni fl-intestaturi tariffarji 2106 “preparazzjonijiet ta’ l-ikel” jew 3003 “medikamenti”))
(2015/C 371/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kyowa Hakko Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li taħlitiet ta’ aċidi amminiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jintużaw għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra, għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 2106 ta’ din in-nomenklatura, bħala “preparazzjonijiet ta’ l-ikel”, peress li, minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, dawn il-prodotti ma jippreżentawx profil terapewtiku jew profilattiku ddefinit b’mod ċar, li l-effett tiegħu jiffoka fuq funzjonijiet preċiżi tal-ġisem tal-bniedem u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġu applikati fil-prevenzjoni jew fil-kura ta’ marda jew ta’ kundizzjoni ta’ mard, u lanqas ma huma naturalment iddestinati għal użu mediku, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy