20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej
(Kawża C-349/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 - Taxxa miġbura favur awtoritajiet lokali mingħand persuni li għandhom proprjetà residenzjali fit-territorju ta’ dawn tal-aħħar - Limitu massimu - Miżura soċjali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-pagi, tas-salarji u tar-remunerazzjonijiet imħallsa mill-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra tagħha))
(2015/C 236/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministre délégué, chargé du budget
Konvenut: Marlène Pazdziej
Dispożittiv
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tieħu inkunsiderazzjoni s-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra tagħha għad-determinazzjoni tal-limitu massimu tal-kontribuzzjonijiet dovuti bħala taxxa fuq il-proprjetà residenzjali miġbura favur il-kollettivitajiet territorjali, fid-dawl ta’ eżenzjoni possibbli minnha.
(1) ĠU C 372, 20.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy