8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Trieste – L-Italja) – Florin Lazar vs Allianz SpA
(Kawża C-350/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Artikolu 4(1) - Kunċetti ta’ “pajjiż fejn iseħħ id-dannu”, ta’ “dannu” u ta’ “konsegwenzi indiretti tal-fatt dannuż” - Danni mġarrba personalment minn membru tal-familja ta’ persuna li mietet wara inċident tat-traffiku - Liġi applikabbli))
(2016/C 048/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Trieste
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Florin Lazar
Konvenuti: Allianz SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), għandu jiġi interpretat, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali li jirriżulta minn inċident tat-traffiku, fis-sens li d-danni marbuta mal-mewt ta’ persuna f’inċident bħal dan li jkun seħħ fl-Istat Membru fejn tressqet il-kawża u mġarrba mill-qraba tagħha li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “konsegwenzi indiretti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014
Full & Egal Universal Law Academy