22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – Estrella Rodríguez Sánchez vs Consum Sociedad Cooperativa Valenciana
(Kawża C-351/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2010/18/UE - Ftehim Qafas irrevedut BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC dwar il-leave parentali - Rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja tal-familja - Ritorn mil-leave tal-maternità ta’ membru ħaddiem - Talba sabiex jinkiseb tnaqqis fil-ħin tax-xogħol u aġġustament tas-sigħat tax-xogħol - Sitwazzjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Klawzola 6(1) tal-Ftehim Qafas irrevedut - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari))
(2016/C 305/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Estrella Rodríguez Sánchez
Konvenuta: Consum Sociedad Cooperativa Valenciana
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Juzgado de lo Social Nru 33 de Barcelona (tribunal industrijali Nru 33 ta’ Barcelona, Spanja) hija inammissibbli.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy