7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Spanja) – Juan Miguel Iglesias Gutiérrez (C-352/14), Elisabet Rion Bea (C-353/14) vs Bankia SA, Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE, Fondo de Garantía Salarial
(Kawżi Magħquda C-352/14 u C-353/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE - Kriżi finanzjarja - Għajnuna għas-settur finanzjarju - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Entità finanzjarja suġġetta għal proċess ta’ ristrutturazzjoni - Tkeċċija ta’ ħaddiem - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ammont ta’ kumpens għal tkeċċija))
(2015/C 406/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no2 de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Juan Miguel Iglesias Gutiérrez (C-352/14), Elisabet Rion Bea (C-353/14)
Konvenuti: Bankia SA, Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE, Fondo de Garantía Salarial
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8764 finali, tat-28 ta’ Novembru 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli għar-ristrutturazzjoni u għar-rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA, kif ukoll l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni, ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ kawża dwar tkeċċija kollettiva li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi f’ammont ogħla mill-minimu legali l-ammont tal-kumpens pagabbli lil ħaddiem meta t-tkeċċija tiegħu titqies abbużiva.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy