16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 – Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-357/14 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi tal-elettriku - Ftehim ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ “parti” li tista’ tippreżenta appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja - Adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea - Data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Metodu tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna msemmija))
(2015/C 381/10)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt [rappreżentanti: J. Philippe, F.-H. Boret u A.-C. Guyon, avukati, P. Turner QC)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Dunamenti Erőmű Zrt hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Electrabel SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy