14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas, Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “ERGO Insurance” SE, irrappreżentata minn “ERGO Insurance” SE Lietuvos filialas vs “If P&C Insurance” AS, irrappreżentata minn “If P&C Insurance” AS filialas (C-359/14), “Gjensidige Baltic” AAS, irrappreżentata minn “Gjensidige Baltic” AAS Lietuvos filialas vs “PZU Lietuva” UAB DK (C-475/14)
(Kawżi magħquda C-359/14 u C-475/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Għażla tal-liġi applikabbli - Regolamenti (KE) Nru 864/2007 u (KE) Nru 593/2008 - Direttiva 2009/103/KE - Inċident ikkawżat minn trakter u karru agganċjat miegħu, b’kull waħda mill-vetturi assigurata minn kumpannija tal-assigurazzjoni differenti - Inċident li jseħħ fi Stat Membru differenti minn dak li fih ġew konklużi kuntratti ta’ assigurazzjoni - Azzjoni ta’ rkupru bejn l-assiguraturi - Liġi applikabbli - Kunċetti ta’ “obbligazzjonijiet kuntrattwali” u ta’ “obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali”])
(2016/C 098/09)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus miesto apylinkės teismas, Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“ERGO Insurance” SE, irrappreżentata minn “ERGO Insurance” SE Lietuvos filialas, (C-359/14), “Gjensidige Baltic” AAS, irrappreżentata minn “Gjensidige Baltic” AAS Lietuvos filialas (C-475/14)
Konvenuti:“If P&C Insurance” AS, irrappreżentata minn “If P&C Insurance” AS filialas (C-359/14), “PZU Lietuva” UAB DK (C-475/14)
Dispożittiv
L-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma fiha ebda regola speċjali ta’ kunflitt intiża sabiex tiddetermina l-liġi applikabbli għall-azzjoni ta’ rkupru bejn l-assiguraturi f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
Ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), u (KE) Nru 864/2007, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-liġi applikabbli għal azzjoni ta’ rkupru mill-assiguratur ta’ trakter, li kkumpensa l-vittmi ta’ inċident ikkawżat mix-xufier ta’ dik il-vettura, fir-rigward tal-assiguratur tal-karru rmunkat f’dan l-inċident huwa ddeterminat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 593/2008 jekk ir-regoli tar-responsabbiltà ta’ delitt applikabbli għal dan l-inċident taħt l-Artikoli 4 et seq. tar-Regolament Nru 864/2007 jipprevedu qsim tal-obbligu tat-tqassim tad-dannu.
(1) ĠU C 329, 22.9.2014
ĠU C 7, 12.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy