9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-367/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mogħtija lill-impriżi li jinsabu fit-territorji ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Tnaqqis fl-imposti soċjali - Assenza ta’ rkupru tal-għajnuna fit-terminu stabbilit - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa))
(2015/C 371/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħaditx, sad-data tal-iskadenza tat-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa fil-21 ta’ Novembru 2012 mill-Kummissjoni Ewropea, il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-302/09, EU:C:2011:634), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, mill-jum tal-għoti tas-sentenza preżenti u sal-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-302/09, EU:C:2011:634), pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 12 miljun għal kull sitt xhur ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ma’ dik is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja.
3)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 30 miljun.
4)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy