13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil, Juzgado de lo Mercantil no9 de Barcelona – Spanja) – Jorge Sales Sinués vs Caixabank SA (C-381/14), u Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA) (C-385/14)
(Kawżi magħquda C-381/14 u C-385/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi - Kuntratti ipotekarji - Klawżola ta’ rata minima - Eżaminazzjoni tal-klawżola għall-finijiet ta’ invalidazzjoni - Proċedura kollettiva - Mandat ta’ inibizzjoni - Sospensjoni tal-proċedura individwali li għandha l-istess suġġett))
(2016/C 211/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jorge Sales Sinués (C-381/14), Youssouf Drame Ba (C-385/14)
Konvenuti: Caixabank SA (C-381/14), Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA) (C-385/14)
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi lill-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet azzjoni individwali ta’ konsumatur intiża għall-konstatazzjoni tan-natura abbużiva ta’ klawżola ta’ kuntratt li jorbtu ma’ negozjant, tissospendi awtomatikament tali azzjoni sakemm tingħata sentenza definittiva ta’ azzjoni kollettiva pendenti, imressqa minn assoċjazzjoni ta’ konsumaturi u fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2), intiża li ttemm l-użu, f’kuntratti tal-istess tip, ta’ klawżoli simili għal dik inkluża fl-imsemmija azzjoni individwali, mingħajr ma r-rilevanza ta’ tali sospensjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur li jkun ressaq azzjoni individwali quddiem il-qorti tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni u mingħajr ma l-konsumatur ikun jista’ jiddissoċja ruħu mill-azzjoni kollettiva.
(1) ĠU C 388, 03.11.2014
Full & Egal Universal Law Academy