26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International
(Kawża C-383/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3 - Irkupru ta’ għajnuna Komunitarja - Sanzjoni amministrattiva - Miżura amministrattiva - Terminu ta’ preskrizzjoni))
(2015/C 354/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
Konvenuta: Société Sodiaal International
Dispożittiv
Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preskrizzjoni li huwa jipprovdi tapplika mhux biss għal proċeduri legali kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-proċeduri legali li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy