26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – Groupe Steria SCA vs Ministère des finances et des comptes publics
(Kawża C-386/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(2) - Tqassim transkonfinali ta’ dividendi - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tassazzjoni ta’ gruppi (l-“intégration fiscale” Franċiża) - Eżenzjoni ta’ dividendi mħallsa mis-sussidjarji li jappartjenu lill-grupp fiskali integrat - Kundizzjoni ta’ residenza - Dividendi mħallsa minn kumpanniji sussidjarji mhux residenti - Spejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni li ma jistgħux jitnaqqsu])
(2015/C 354/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Groupe Steria SCA
Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar sistema ta’ integrazzjoni fiskali li tipprovdi li kumpannija parent li tintegra l-benefiċċju tan-newtralizzazzjoni tar-reintegrazzjoni ta’ proporzjon tal-ispejjeż stabbilit bir-rata fissa ta’ 5 % tal-ammont nett tad-dividendi li din tirċievi mill-kumpanniji residenti li jagħmlu parti mill-integrazzjoni, filwaqt li, skont din il-leġiżlazzjoni, din in-newtralizzazzjoni hija rrifjutata lil tali kumpannija parent fir-rigward tad-dividendi mqassma lilha mis-sussidjarji tagħha li jinsabu fi Stat Membru ieħor li, li kieku kienu residenti, kienu jkunu oġġettivament eliġibbli hemmhekk, fuq talba tagħhom.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy