14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Vodafone GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-395/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Qafas regolatorju komuni għan-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 7(3) - Proċedura ta’ konsolidazzjoni tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/19/KE - Artikoli 8 u 13 - Operatur identifikat li għandu saħħa sinjifikattiva fuq suq - Obbligi imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Kontroll tal-prezzijiet u obbligi relatati mas-sistema ta’ kontabilizzazzjoni tal-ispejjeż - Awtorizzazzjoni ta’ tariffi tat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli))
(2016/C 098/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodafone GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva [Qafas]) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta awtorità nazzjonali regolatorja timponi fuq operatur li ġie identifikat li għandu saħħa sinjifikattiva fuq is-suq li jipprovdi servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati mobbli u ssuġġettat għal awtorizzazzjoni t-tariffi ta’ dawn is-servizzi fi tmiem il-proċedura prevista minn din id-dispożizzjoni, din l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha mill-ġdid timplementa din il-proċedura qabel kull għoti, lil dan l-operatur, ta’ awtorizzazzjoni ta’ dawn it-tariffi, peress li din l-aħħar awtorizzazzjoni hija suxxettibbli li jkollha effetti fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 372, 20.10.2014
Full & Egal Universal Law Academy