18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Klagenævnet for Udbud - id-Danimarka – MT Højgaard A/S, Züblin A/S vs Banedanmark
(Kawża C-396/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kwalità ta’ qorti jew tribunal tal-korp tar-rinviju - Kuntratt pubbliku fis-settur tal-infrastruttura ferrovjarja - Proċedura nnegozjata - Direttiva 2004/17/KE - Artikolu 10 - Artikolu 51(3) - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti - Grupp kompost minn żewġ kumpanniji u li ġie ammess bħala offerent - Offerta ppreżentata minn waħda miż-żewġ kumpanniji, f’isimha stess, filwaqt li l-kumpannija l-oħra ġiet iddikjarata falluta - Kumpannija meqjusa idonea sabiex tiġi ammessa, waħedha, bħala offerent - Għoti tal-kuntratt lil din il-kumpannija))
(2016/C 260/03)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Klagenævnet for Udbud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MT Højgaard A/S, Züblin A/S
Konvenuta: Banedanmark
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi, li jinsab fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, moqri flimkien mal-Artikolu 51 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li entità kontraenti ma tiksirx dan il-prinċipju meta hija tawtorizza wieħed miż-żewġ operaturi ekonomiċi li kienu jagħmlu parti minn grupp ta’ impriżi li, bħala tali, kien mistieden jissottometti offerti minn din l-entità, sabiex jissostitwixxi ruħu għal dan il-grupp wara x-xoljiment tiegħu u sabiex jipparteċipa, f’ismu stess, fi proċedura nnegozjata għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, sakemm ikun stabbilit, minn naħa, li dan l-operatur ekonomiku jissodisfa waħdu r-rekwiżiti ddefiniti mill-imsemmija entità u, min-naħa l-oħra, li l-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-imsemmija proċedura ma twassalx għal deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva tal-offerenti l-oħrajn.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy