23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċedura mibdija minn Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni
(Kawża C-404/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 1(1)(b) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni bejn il-konjuġi tal-persuna mejta u t-tfal minorenni tagħha, irrappreżentati minn tutur ad litem - Klassifikazzjoni - Neċessità ta’ approvazzjoni ta’ tali ftehim mill-qorti - Miżura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew miżura dwar is-suċċessjonijiet))
(2015/C 389/11)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-approvazzjoni ta’ ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni konkluż minn tutur tat-tfal minorenni f’isimhom tikkostitwixxi miżura dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għalhekk taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, u mhux miżura dwar is-suċċessjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tal-imsemmi regolament, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.
(1) ĠU C 431, 1.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy