22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba – Spanja) – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España SA
(Kawża C-407/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol - Tkeċċija diskriminatorja - Artikolu 18 - Kumpens jew riparazzjoni għad-dannu sostnut effettivament - Natura dissważiva - Artikolu 25 - Sanzjonijiet - Danni punittivi))
(2016/C 068/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Auxiliadora Arjona Camacho
Konvenuta: Securitas Seguridad España SA
Dispożittiv
L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex id-dannu sostnut minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess issir riparazzjoni effettiva tiegħu jew jingħata kumpens effettiv b’mod dissważiv u proporzjonat, dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri li jagħżlu l-forma pekunjarja l-obbligu li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom jintroduċu, skont il-modalitajiet li huma jistabbilixxu, miżuri li jipprevedu l-ħlas, lill-persuna leża, ta’ danni li jkopru b’mod totali d-dannu sostnut.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy