8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit
(Kawża C-410/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) - Kunċett ta’ “kuntratt pubbliku” - Sistema ta’ akkwist ta’ oġġetti li tikkonsisti fl-ammissjoni, bħala fornitur, ta’ kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel - Provvista ta’ prodotti mediċinali li jiġu rrimborsati fil-kuntest ta’ sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali - Ftehimiet konklużi bejn fond ta’ assigurazzjoni għall-mard u l-fornituri kollha ta’ prodotti mediċinali bbażati fuq ingredjent attiv partikolari li jaċċettaw li jagħtu roħs fuq il-prezz tal-bejgħ, b’rata ddeterminata minn qabel - Leġiżlazzjoni li tipprevedi, bħala prinċipju, is-sostituzzjoni ta’ prodott mediċinali li jiġi rrimborsat ikkummerċjalizzat minn operatur li ma kkonkludiex tali ftehim bi prodott mediċinali tal-istess tip ikkummerċjalizzat minn operatur li kkonkluda tali ftehim))
(2016/C 287/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dr. Falk Pharma GmbH
Konvenut: DAK-Gesundheit
fil-preżenza ta’: Kohlpharma GmbH,
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-direttiva, sistema ta’ ftehimiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha entità pubblika jkollha l-intenzjoni takkwista oġġetti fis-suq billi tikkonkludi kuntratti, matul iż-żmien kollu ta’ validità ta’ din is-sistema, ma’ kull operatur ekonomiku li jimpenja ruħu li jipprovdi l-oġġetti kkonċernati b’kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel, mingħajr ma tagħmel għażla bejn l-operaturi interessati u billi tippermetti lil dawn illi jaderixxu ruħhom mal-imsemmija sistema matul iż-żmien kollu ta’ validità tagħha.
2)
Sa fejn is-suġġett ta’ proċedura ta’ ammissjoni għal sistema ta’ ftehimiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkollu interess transkonfinali ċert, din għandha tiġi maħluqa u organizzata b’konformità mar-regoli fundamentali tat-Trattat FUE, b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn operaturi ekonomiċi kif ukoll mal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy