18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – Christian Pujante Rivera vs Gestora Clubs Dir SL, Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-422/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċijiet kollettivi - Direttiva 98/59/KE - L-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “ħaddiema normalment impjegati” fi ħdan l-istabbiliment ikkonċernat - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) - Kunċetti ta’ “tkeċċija” u ta’ “terminazzjonijiet ta’ kuntratt tax-xogħol assimilabbli ma’ tkeċċija” - Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija))
(2016/C 016/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christian Pujante Rivera
Konvenuti: Gestora Clubs Dir SL, Fondo de Garantía Salarial
Dispożittiv
1)
L-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiema li jibbenefikaw minn kuntratt konkluż għal żmien jew għal terminu determinat għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-ħaddiema “normalment” impjegati, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fi ħdan l-istabbiliment ikkonċernat.
2)
Bil-għan li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ “redundancy [tkeċċija] kollettiva”, fis-sens tal-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, li tagħti lok għall-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar, il-kundizzjoni li tirriżulta fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, li jkun “hemm mill-inqas ħames redundancies [tkeċċijiet]” għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tirrigwardax esklużivament it-terminazzjonijiet ta’ kuntratti tax-xogħol assimilati ma’ tkeċċija, iżda esklużivament it-tkeċċijiet fis-sens strett tal-kelma.
3)
Id-Direttiva 98/59 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li persuna li timpjega tipproċedi, unilateralment u għad-detriment tal-ħaddiem, għal bidla sostanzjali tal-elementi essenzjali tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu għal raġunijiet mhux inerenti għall-persuna ta’ dan il-ħaddiem jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “redundancy [tkeċċija]”, imsemmi fl-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014
Full & Egal Universal Law Academy