8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs “Veloserviss” SIA
(Kawża C-427/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Kontroll wara r-rilaxx tad-dikjarazzjonijiet - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Limitazzjoni, fid-dritt nazzjonali, tal-eżami mill-ġdid tar-riżultati ta’ kontroll wara r-rilaxx - Possibbiltà - Deċiżjoni dwar il-kontroll wara r-rilaxx inizjali - Informazzjoni ineżatta jew inkompleta mhix magħrufa fid-data tad-deċiżjoni))
(2016/C 048/04)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuta:“Veloserviss” SIA
Dispożittiv
L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrestrinġi l-possibbiltà ta’ l-awtoritajiet doganali li jirrepetu reviżjoni jew kontroll wara r-rilaxx u li minnu jisiltu l-konsegwenzi billi jistabbilixxu dejn doganali ġdid, sa fejn din ir-restrizzjoni tirreferi għal perijodu ta’ tliet snin mid-data ta’ meta nħoloq id-dejn doganali inizjali, fatt li għandu jiġi mistħarreġ mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy