14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs Artūrs Stretinskis
(Kawża C-430/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 29(1)(d) - Determinazzjoni tal-valur doganali - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 143(1)(h) - Kunċett ta’ “persuni relatati” għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali - Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ])
(2016/C 098/14)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenut: Artūrs Stretinskis
Dispożittiv
L-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/1999, tat-8 ta’ Jannar 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li xerrej, persuna fiżika, u bejjiegħ, persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi minn dan ix-xerrej ikollha effettivament is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija favur l-imsemmi xerrej, għandhom jitqiesu li huma persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy