8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Karlsruhe – il-Ġermanja) – Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff vs Standesamt der Stadt Karlsruhe, Zentraler Juristischer Dienst der Stadt Karlsruhe,
(Kawża C-438/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri - Liġi ta’ Stat Membru li tabolixxi l-privileġġi u li tipprojbixxi l-għoti ta’ titoli ta’ nobbiltà ġodda - Kunjom ta’ persuna maġġorenni, ċittadina ta’ dan l-Istat, miksub matul residenza abitwali fi Stat Membru ieħor, li tiegħu din il-persuna għandha wkoll in-nazzjonalità - Isem li jinkludi elementi ta’ nobbiltà - Residenza fl-ewwel Stat Membru - Rifjut mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru li jinkludu fir-reġistru tal-istatus ċivili l-isem miksub fit-tieni Stat Membru - Ġustifikazzjoni - Ordni pubbliku - Inkompatibbiltà ma’ prinċipji essenzjali tad-dritt Ġermaniż))
(2016/C 287/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nabiel Peter Bogendorff von Wolffersdorff
Konvenuta: Standesamt der Stadt Karlsruhe, Zentraler Juristischer Dienst der Stadt Karlsruhe,
Dispożittiv
L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ma humiex obbligati jirrikonoxxu l-isem ta’ ċittadin ta’ dan l-Istat Membru meta huwa jkollu wkoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor li fih huwa kiseb dan l-isem li huwa għażel liberament u li jinkludi diversi elementi ta’ nobbiltà, li ma humiex aċċettati mid-dritt tal-ewwel Stat Membru, sakemm jiġi stabbilit, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li tali rifjut ta’ rikonoxximent huwa, f’dan il-kuntest, iġġustifikat minn motivi relatati mal-ordni pubbliku, inkwantu dan huwa adatt u neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fid-dritt taċ-ċittadini kollha ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy