14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti, Curtea de Apel Oradea – Roumanie – ir-Rumanija) – SC Star Storage SA vs Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (ICI) (C-439/14), SC Max Boegl România SRL et vs RA Aeroportul Oradea et C-488/14)
(Kawżi magħquda C-439/14 u C-488/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ azzjonijiet ġudizzjarji kontra l-atti tal-awtorità kontraenti għall-kostituzzjoni ta’ “garanzija ta’ kondotta tajba” - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv))
(2016/C 419/04)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti, Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Star Storage SA (C-439/14), SC Max Boegl România SRL, SC UTI Grup SA, Astaldi SpA, SC Construcții Napoca SA (C-488/14)
Konvenuti: Institutul Naţional de Cercetare-Dezvoltare în Informatică (ICI) (C-439/14), RA Aeroportul Oradea, SC Porr Construct SRL, Teerag-Asdag Aktiengesellschaft SC Col-Air Trading SRL, AVZI SA, Trameco SA, Iamsat Muntenia SA (C-488/14)
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) sa (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, u l-Artikolu 1(1) sa (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja kontra att tal-awtorità kontraenti għall-obbligu fuq ir-rikorrent li jikkostitwixxi l-garanzija ta’ kondotta tajba li hija tipprevedi favur l-awtorità kontraenti, ladarba din il-garanzija għandha tintradd lura lir-rikorrent ikun xi jkun l-eżitu tal-azzjoni.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014
Full & Egal Universal Law Academy