2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2016 – National Itanian Oil Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-440/14 P) (1)
((Appell - Miżuri restrittivi adottati kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Lista tal-persuni u tal-entitajiet li japplika għalihom l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 945/2012 - Bażi legali - Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran))
(2016/C 156/12)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: National Iranian Oil Company (rappreżentanti: J.-M. Thouvenin, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u V. Piessevaux, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, D. Gauci u L. Gussetti, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
National Iranian Oil Company hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy