16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 – DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Telefónica de España, SA, Telefónica Móviles España, SA, Ir-Renju ta’ Spanja, Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE)
(Kawża C-449/14 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur ix-xandar pubbliku nazzjonali tar-radju - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Kumpens - Artikolu 106(2) TFUE - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Bidla tas-sistema ta’ finanzjament - Miżuri fiskali - Taxxa imposta fuq l-operaturi ta’ televiżjoni bi ħlas - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna mibdula kompatibbli mas-suq intern - Teħid inkunsiderazzjoni tal-mod ta’ finanzjament - Eżistenza ta’ rabta kawżali vinkolanti bejn it-taxxa u l-iskema ta’ għajnuna - Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna - Kopertura tal-ispejjeż netti tat-twettiq tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku - Relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa u l-benefiċjarju tal-għajnuna - Żnaturament tad-dritt nazzjonali))
(2017/C 014/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes, B. Stromsky u G. Valero Jordana, aġenti), Telefónica de España SA, Telefónica Móviles España SA (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Sampol Pucurull, aġent), Corporación de Radio y Televisión Española SA (RTVE) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
DTS Distribuidora de Televisión Digital SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell prinċipali.
3)
Telefónica de España SA u Telefónica Móviles España SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell inċidentali.
4)
Corporación de Radio y Televisión Española SA (RTVE) u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy