19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Lulju 2016 – H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina
(Kawża C-455/14 P) (1)
([Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Deċiżjoni 2009/906/PESK - Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina - Membru tal-personal nazzjonali kkollokat - Assenjazzjoni mill-ġdid f’uffiċċju reġjonali ta’ din il-missjoni - L-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE - Rikors għal annullament u għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 263 TFUE u 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE])
(2016/C 343/02)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: H [rappreżentanti: M. Velardo, avukat]
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u F. Naert, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, G. Gattinara u J.-P. Keppenne, aġenti), Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina
Dispożittiv
1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Lulju 2014, H vs Il-Kunsill et (T-271/10, mhux ippubblikat, EU:T:2014:702), huwa annullat.
2)
Ir-rikors ta’ H huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni u l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina.
3)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors sa fejn dan huwa ppreżentat kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy