13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Johannes Evert Antonius Massar vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
(Kawża C-460/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata - Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva - Kunċett - Awtorizzazzjoni mogħtija minn organu pubbliku lil persuna li timpjega fid-dawl tax-xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol))
(2016/C 211/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Johannes Evert Antonius Massar
Konvenuti: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċedura [proċedura amministrattiva]” imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi proċedura li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija tal-impjegat, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014
Full & Egal Universal Law Academy