30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta Spanja
(Kawża C-461/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żoni ta’ protezzjoni speċjali - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni ta’ habitats naturali))
(2017/C 030/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, E. Sanfrutos Cano, D. Loma-Osorio Lerena u G. Wilms, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħax il-miżuri adegwati sabiex jevita, fiż-żona ta’ protezzjoni speċjali “Campiñas de Sevilla”, id-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi kif ukoll it-tfixkil li jolqot l-ispeċi li għalihom ġiet stabbilita din iż-żona, ir-Renju ta’ Spanja naqas, fir-rigward tal-perijodu qabel id-29 ta’ Lulju 2008, milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u, fir-rigward tal-perijodu wara dik id-data, milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy