30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien – l-Awtrija) – Seattle Genetics Inc. vs Österreichisches Patentamt
(Kawża C-471/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Prodotti mediċinali speċjali - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 13(1) - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Tul taż-żmien - Kunċett ta’ “data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni Ewropea” - Teħid inkunsiderazzjoni tad-data tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jew tad-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni])
(2015/C 398/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Seattle Genetics Inc.
Konvenut: Österreichisches Patentamt
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq [fl-Unjoni Ewropea]” għandu jiġi ddefinit permezz tad-dritt tal-Unjoni.
2)
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-“data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq [fl-Unjoni]”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija dik tan-notifika tad-deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq lid-destinatarju tagħha.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy