3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Dimos Kropias Attikis vs Ypourgos Perivallontos, Energeias kai Klimatikis Allagis
(Kawża C-473/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Sistema ta’ protezzjoni taż-żona muntanjuża tal-Ymittos - Proċedura ta’ emenda - Applikabbiltà ta’ din id-direttiva - Pjan regolatur u programm ta’ protezzjoni tal-ambjent taż-żona l-kbira ta’ Ateni))
(2015/C 363/21)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dimos Kropias Attikis
Konvenut: Ypourgos Perivallontos, Energeias kai Klimatikis Allagis
Dispożittiv
L-Artikoli 2(a) u 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-adozzjoni ta’ att li jinkludi pjan jew programm dwar l-ippjanar territorjali u dwar l-użu tal-art li jaqa’ taħt id-Direttiva 2001/42 li jemenda pjan jew programm preeżistenti ma tistax tiġi eżentata mill-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva għar-raġuni li dan l-att huwa intiż sabiex jippreċiża u jimplementa pjan regolatur stabbilit minn att ġerarkikament superjuri li huwa stess ma kienx suġġett għal tali evalwazzjoni ambjentali.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy