12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Citroën Commerce GmbH vs Zentralvereinigung des Kraffahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs eV (ZLW)
(Kawża C-476/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 98/6/KE u 2005/29/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Reklamar b’indikazzjoni tal-prezz - Kunċetti ta’ “oferta” u ta’ “prezz inklużi t-taxxi” - Obbligu li jiġu inklużi fil-prezz tal-bejgħ tal-vettura bil-mutur l-ispejjeż supplimentari obbligatorji marbuta mat-trasferiment ta’ din il-vettura)
(2016/C 335/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Citroën Commerce GmbH
Konvenuta: Zentralvereinigung des Kraffahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs eV (ZLW)
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi, moqri flimkien mal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż għat-trasferiment ta’ vettura mill-manifattur lill-bejjiegħ, li huma dovuti mill-konsumatur, għandhom jiġu inklużi fil-prezz tal-bejgħ ta’ din il-vettura bil-mutur muri f’reklamar magħmul minn negozjant meta, fid-dawl tal-karatteristiċi kollha ta’ dan ir-reklamar, huwa jirreferi, fl-għajnejn tal-konsumatur, għal offerta li tirrigwarda l-istess vettura. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn l-elementi kollha humiex issodisfatti.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy