13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – KA Finanz AG vs Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group
(Kawża C-483/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Ruma - Liġi applikabbli - Amalgamazzjoni transkonfinali - Direttiva 78/855/KEE - Direttiva 2005/56/KE - Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist - Protezzjoni tal-kredituri - Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu tal-kumpannija li tiġi akkwistata lill-kumpannija li takkwista))
(2016/C 211/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KA Finanz AG
Konvenuta: Sparkassen Versicherung AG Vienna Insurance Group
Dispożittiv
1)
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
il-liġi applikabbli, wara amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist transkonfinali, għall-interpretazzjoni, għall-eżekuzzjoni tal-obbligi kif ukoll għall-modi ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ self, bħall-kuntratti ta’ self inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż mill-kumpannija li tiġi akkwistata, hija dik li kienet applikabbli għal dan il-kuntratt qabel din l-amalgamazzjoni;
—
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni tal-kredituri tal-kumpannija li tiġi akkwistata, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma dawk tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li taħtha taqa’ din il-kumpannija.
2)
L-Artikolu 15 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE, tad-9 ta’ Ottubru 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, kif emendata bid-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti drittijiet lid-detenturi ta’ titoli, għajr azzjonijiet, li magħhom huma marbuta drittijiet speċjali, iżda mhux lill-kumpannija li toħroġ tali titoli.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy