19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – Außenstelle Linz – L-Awstrija) – Dilly’s Wellnesshotel GmbH vs Finanzamt Linz
(Kawża C-493/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna taħt forma ta’ tnaqqis tat-taxxi ambjentali - Regolament (KE) Nru 800/2008 - Kategoriji ta’ għajnuna li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern u eżenti mill-obbligu ta’ notifika - Natura vinkolanti tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni - Artikolu 3(1) - Referenza espliċita għal dan ir-regolament fis-skema ta’ għajnuna))
(2016/C 343/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht – Außenstelle Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dilly’s Wellnesshotel GmbH
Konvenut: Finanzamt Linz
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 u 108 TFUE] għandu jkun interpretat fis-sens li l-assenza, fi skema ta’ għajnuna bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ riferiment ċar għal dan ir-regolament, permezz taċ-ċitazzjoni tat-titolu tiegħu u l-indikazzjoni tar-riferiment tiegħu ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi li din l-iskema titqies li tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun eżenti, skont l-Artikolu 25(1) tal-imsemmi regolament, mill-obbligu tan-notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy