2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Cassatie – il-Belġju) – VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert vs Belgische Staat
(Kawża C-499/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffarja doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Interpretazzjoni - Regoli ġenerali - Regola 3(b) - Kunċett ta’ “oġġetti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet” - Imballaġġi separati))
(2016/C 156/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
Ir-regola 3(b) tar-Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-oġġetti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiġu ppreżentati quddiem id-dwana f’imballaġġi separati u jitpoġġew f’imballaġġ wieħed biss wara l-iżdoganar tagħhom, jistgħu madankollu jiġu kkunsidrati bħala “oġġetti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet”, fis-sens ta’ din ir-regola u, għaldaqstant, jaqgħu taħt l-istess intestatura tariffarja, meta jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ fatturi oġġettivi oħra, li għandhom jiġu evalwati mill-qorti tar-rinviju, li dawn l-oġġetti jifformaw assjem u huma intiżi li jiġu bħala tali kkummerċjalizzati bl-imnut.
(1) ĠU C 26, 26.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy