19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – EL-EM-2001 Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-501/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 10(3) - Artikoli 18 u 19 - Multa imposta fuq ix-xufier - Miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sanzjoni, meħuda kontra l-impriża tat-trasport - Immobilizzazzjoni tal-vettura))
(2016/C 475/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EL-EM-2001 Ltd
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħala miżura kawtelatorja, tawtorizza l-immobilizzazzjoni ta’ vettura li tappartjeni lil impriża tat-trasport, f’sitwazzjoni fejn, minn naħa, ix-xufier ta’ dik il-vettura, impjegat minn dik l-impriża, kien qiegħed isuq din il-vettura bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, u, min-naħa l-oħra, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma invokatx ir-responsabbiltà ta’ dik l-impriża, peress li tali miżura kawtelatorja ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy