20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-503/14) (1)
(“Nuqqas ta’Stat li jwettaq obbligu - L-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE - Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Moviment liberu tal-persuni - Moviment liberu tal-ħaddiema - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta minn trasferiment ta’ kapital azzjonarju - Taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment tal-assi kollha użati għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ negozju u professjonali - Taxxa tal-ħruġ fuq l-individwi - Irkupru immedjat tat-taxxa - Differenza fit-trattament bejn il-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-kapital azzjonarju u jżommu r-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali u dawk li jwettqu dan it-trasferiment u jċaqilqu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea - Differenza fit-trattament bejn il-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-assi kollha marbuta ma’ attività eżerċitata abbażi individwali lil kumpannija li għandha s-sede tagħha u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż u dawk li jwettqu tali trasferiment lejn kumpannija li għandha s-sede tagħha u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea - Proporzjonalità”)
(2017/C 053/02)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u W. Roels, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Rebelo u J. Martins da Silva, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 10(9)(a) tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares (kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi), skont liema, għal kontribwent li jitlef il-kwalità tiegħu ta’ residenti fit-territorju Portugiż, għall-finijiet fiskali għas-sena bażi ta’ dan it-telf tal-kwalità ta’ resident għandu jitqies fil-kategorija tal-qligħ kapitali, l-ammont li, skont l-Artikolu 10(8), tal-imsemmi kodiċi ma ġiex intaxxat matul trasferiment tal-kapital azzjonarju, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE kif ukoll skont l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 38(1)(a) ta’ dan l-istess kodiċi, li jirriżerva l-benefiċċju tal-posponiment ta’ taxxa previst minn din id-dispożizzjoni għall-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-assi kollha relatati ma’ attività imprenditorjali u professjonali eżerċitata individwalment lejn kumpannija li għandha s-sede statutorja u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE u skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 16, 19.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy