18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Münster – il-Ġermanja) – Klausner Holz Niedersachsen GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen
(Kawża C-505/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE - Deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tistabbilixxi l-validità tal-kuntratt li jagħti din l-għajnuna - Awtorità ta’ res judicata - Interpretazzjoni konformi - Prinċipju ta’ effettività))
(2016/C 016/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH
Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali intiża li tistabbilixxi l-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata timpedixxi lill-qorti nazzjonali li tkun ikkonstatat li l-kuntratti li jkunu s-suġġett tat-tilwima pendenti quddiemha jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, implementata bi ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, milli tislet il-konsegwenzi kollha ta’ dan il-ksur, minħabba deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali, li tkun saret definittiva, li, mingħajr ma eżaminat il-kwistjoni jekk dawn il-kuntratti jistabbilixxux għajnuna mill-Istat, ikkonstatat li huma għandhom jibqgħu fis-seħħ.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy